Please, Login or Register before checkout

Register

Gwida ta’ Użu

Jekk tixtieq li jkollok aċċess sħiħ għal dan is-sit elettroniku, jekk jogħġbok irreġistra u/jew iffirma biex tidħol. Ladarba tkun irreġistrajt, ikun jinħtieġ li tivverifika l-indirizz tal-email tiegħek mill-inbox.

Is-sit elettroniku għandu tliet taqsimiet ewlenin.

L-ewwel taqsima, ‘Ilħna’, hija l-parti tas-sit relatata mal-Istorja Orali. Hawnhekk issib intervisti mis-snin tmenin sal-preżent. Dawn jitfgħu l-lenti tagħhom fuq varji suġġetti, bħal pereżempju ‘Għexna l-Gwerra’, ‘Il-Kura tal-Ġisem’, ‘Għixien mill-Baħar’ u ‘It-Trasport’. Ħafna oħrajn ser jingħaqdu ma’ din il-lista. Barra minn hekk, tista’ ssib ukoll ritratti, filmati fuq it-tertuqa u efemera mogħtija mill-persuni intervistati.

It-tieni taqsima, ‘Vetrina’, tagħti titwila lejn numru ta’ kollezzjonijiet li l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta akkwistaw minn donazzjonijiet privati. Uħud minnhom juru x-xogħol ta’ individwi li ddedikaw ħajjithom sabiex jirrekordjaw l-istorja.

It-tielet taqsima jisimha ‘Għinna’. Hawnhekk qed nitolbu l-għajnuna tiegħek sabiex nikkatalogaw il-kollezzjonijiet tagħna. Nies li inti tkun għaraft jistgħu jiġu ttagjati. Tista’ wkoll tinkludi d-data u/jew ix-xena/l-avveniment/il-post/in-nies li jidhru fir-ritratt. It-tags u l-kummenti tiegħek ser ikunu rreveduti u approvati għall-ippubblikar. 

Ingħaqad magħna! Kull kontribuzzjoni tgħinna sabiex niskopru parti oħra mill-istorja tagħna.

Għal iktar informazzjoni dwar kif tista’ tikkontribwixxi, segwi l-istruzzjonijiet t’hawn taħt jew ara dan il-filmat

Sabiex tkun tista’ tittagja jew tikkummenta, l-ewwel trid tirreġistra/tiffirma biex tidħol.

Kif tittagja:

  • Agħżel kollezzjoni, eż. ‘St Michael’s Teachers Training College Collection.
  • Agħżel it-taqsima li tixtieq u kklikkja fuq ‘Discover More’.
  • Mur fuq ir-ritratt li tixtieq tara u/jew agħmel tag.
  • Ikklikkja fuq ‘Add Pin’ fin-naħa l-leminija tal-iscreen.
  • Mexxi l-kaxxa l-ħamra ż-żgħira, li qiegħda fin-naħa x-xellugija tar-ritratt, fuq il-persuna li tixtieq tittagja. Irranġa d-daqs tal-kaxxa.
  • Ikteb l-ismijiet tal-persuna li tkun għaraft fil-kaxxa li tittfaċċa fuq l-iscreen.
  • Ikklikkja fuq ‘Save’.
  • L-istaff tagħna ser jirrevedi t-tag tiegħek għall-approvazzjoni.

Kif tikkummenta: 

  • Agħżel il-kollezzjoni, eż. ‘St Michael’s Teachers Training College Collection’.
  • Agħżel it-taqsima li tixtieq u kklikkja fuq ‘Discover More’.
  • Ikklikkja fuq ritratt li tixtieq tara u/jew tikkummenta dwaru.
  • Ikklikkja fuq ‘Show Comments’ fuq il-lemin tal-iscreen. Is-sit elettroniku ser jieħdok awtomatikament lejn is-sezzjoni tal-kummenti relata mar-ritratt.
  • Ħalli l-kumment tiegħek fil-kaxxa.
  • Ikklikkja fuq ‘Submit’.
  • L-istaff tagħna ser jirrevedi l-kumment tiegħek għall-approvazzjoni.

Xiri ta’ materjal

Sabiex tixtri materjal mis-sit elettroniku tagħna, żur il-paġna ‘Ikkuntattjana’ mill-menu fin-naħa x-xellugija ta’ fuq ta’ dan is-sit. Inkludi ismek, l-indirizz tal-email tiegħek u l-kodiċi ta’ referenza tal-intervista/ir-ritratt/l-efemera/il-filmat li tixtieq tixtri. Il-kodiċi ta’ referenza tista’ ssibu fuq in-naħa x-xellugija t’isfel tal-paġna relata mal-oġġett li tkun qed tara. Ara l-eżempju t’hawn taħt:

 
                                 
                 
 

Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq: memorja.archives@gov.mt